Bħal ma tagħmel kull sena, din is-sena l-Università ta’ Malta matul il-jum tal-Ġimgħa se tagħti rikonoxximent lil żewġ persuni li tant ħadmu fil-letteratura. Wieħed minnhom mhuwa ħadd ħlief il-mibki eks Imħallef u eks membru parlamentari Philip Sciberras, li se jingħata l-lawrja Honoris Causa għall-kontribut tiegħu lejn il-letteratura ġewwa pajjiżna.
Flimkien mal-eks Imħallef Philip Sciberras se jkun rikonoxxut ukoll Joe Sacco, artist tal-cartoons, awtur u ġurnalist Malti-Amerikan li matul il-karriera tiegħu ppubblika għexieren ta’ pubblikazzjonijiet u kiseb diversi rikonoxximenti għax-xogħol tiegħu.
L-Imħallef Emeritu u eks Membru Parlamentari Laburista Philip Sciberras miet fil-bidu ta’ Ottubru ta’ din is-sena fl-età ta’ 77 sena.