Tuesday, April 30, 2024

L-Impjegati tal-BOV bi żjara speċjali fl-uffiċju ta’ MAPFRE ġewwa Madrid

Aqra wkoll

Grupp ta’ għaxar impjegati tal-Bank of Valletta minn madwar iċ-Ċentri tal-Investimenti u l-fergħat tal-Bank għadu kif ġie lura minn vjaġġ qasir ġewwa Madrid. Huma żaru l-kwartieri ġenerali ta’ MAPFRE S.A. f’ Majadahonda, Madrid. Magħhom kien hemm Tonia Parascandalo u  Sarah Borg mill-Uffiċċju tal-Bancassurance tal-Bank. Membri tat-tim tat-tmexxija għolja ta’ MAPFRE MSV Life akkumpanjaw il-grupp.  

Waqt li kienet qed titkellem fuq l-inizjattiva, is-Sa Parascandalo spjegat li dawn l-impjegati ddistingwew ruħhom matul is-sena għas-servizz ta’ livell għoli li jagħtu lill-klijenti  waqt li jassistuhom jinnavigaw id-dinja kumplessa tal-investiment. “Dan il-vjaġġ serva bħala opportunità eċċellenti biex ir-rappreżentanti tagħna jifhmu aħjar kif joperaw l-imsieħba tagħha fi Spanja.

Għen ukoll biex iwessa’ l-perspettiva tagħhom, hekk kif setgħu jesperjenzaw b’mod dirett kif l-imsieħba tagħna jħarsu lejn swieq speċifiċi u jistudjawhom. Il-bżonnijiet ta’ dawn l-iswieq jafu jkunu differenti ferm minn xulxin, meta wieħed iqis ir-realtajiet ġeografiċi u politiċi differenti li jiffaċċjaw.” 

Matul iż-żjara, id-delegati kellhom opportunità unika jiltaqgħu u jkollhom skambju ta’ ideat ma’ uffiċjali għolja minn MAPFRE Life Operations u MAPFRE Asset Management dwar innovazzjonijiet u opportunitajiet ta’ żvilupp tan-negozju fis-suq tal-bancassurance. 

Ċertament li l-qofol ta’ dan il-vjaġġ kienet iż-żjara ġewwa l-kamra tal-kummerċ, u warajha ż-żjara bil-gwida tal-esibizzjoni temporanja ta’ xogħlijiet l-artisti Joaquin Sorolla and Medardo Rosso, li bħalissa qegħda ġewwa Fondation MAPFRE, li tinsab fil-qalba ta’ Madrid. Naturalment ma naqsux żjarat lill-akbar attrazzjonijiet tal-Belt ta’ Madrid fosthom Park Retiro u Palacio Real, kif ukoll l-ikla bi spettaklu tal-flamenco. 

Il-Grupp BOV ilu involut fil-qasam tal-assikurazzjoni tal-ħajja mill-1994, meta twaqqfet l-ewwel sezzjoni, dak iż-żmien bi sħab mal-Middlesea Insurance. Din l-isħubija baqgħet tikber u tissaħħaħ matul is-snin. Illum il-ġurnata, il-Bank igawdi minn relazzjoni ta’ xogħol eċċellenti mal-MAPFRE S.A, li hija waħda mill-akbar fornituri ta’ assigurazzjoni ġewwa Spanja, bl-operazzjoni tan-negozju mifruxa sal-Amerika Latina u l-Magreb.  

Sport