Monday, May 13, 2024

Diżgwid fil-pagi joħloq ħerba sħiħa f’Papua New Guinea

Aqra wkoll

Fil-belt kapitali ta’ Papua New Guinea, Port Moresby seħħew diversi attakki u irvell bil-konsegwenza li mietu madwar tmien persuni. Dan wara li l-Pulizija sejħu għal strajk minħabba diżgwid fuq il-pagi, hekk kif ġie magħruf li dawn se jonqsu b’50%. 

L-istess  strajk, wassal biex kien hemm mijiet ħarġu minn djarhom sabiex jipprotestaw fit-toroq. Midja internazzjonali rrapurtat li kawża ta’dawnil-protesti, qed jinqabdu diversi karozzi u ħwienet. 

F’indirizz lin-nazzjon nhar il-Ħamis, il-Prim Ministru James Marape qal li r-rapporti tas-sigurtà ssuġġerew li filwaqt li s-sitwazzjoni kienet battiet fl-aħħar 12-il siegħa, it-tensjoni għadhatinħass fil-pajjiiż.

Huwa wissa lill-mexxejja tal-operazzjonijiet tal-pulizija, tad-difiża u tal-finanzi, li dawn se titpoġġew taħt l-attenzjoni u qal li d-dixxiplina ħażina fost il-pulizija mhux se tkun tollerata

Sport