Thursday, December 26, 2024

L-IMPORTANZA LI L-QRATI JITĦALLEW JAĦDMU FIL-LIBERTÀ

Aqra wkoll

F’kull pajjiż ċivilizzat id-demokrazija sserraħ fuq erba’ pilastri ewlenin, il-leġiżlattiv, l-eżekuttiv, il-ġudizzjaru u l-istampa ħiel- sa. Fejn hemm nuqqas ta’ dawn il-prinċipji, il-pajjiż jgħix f’dittatorjat fejn l-istat, għax huwa kollox, jirrombla fuq l-aspirazzjonijiet ta’ ċittadin.

Kull pilastru tad-demokrazija għandu funzjoni partikolari u essenzjali fil-ħajja taċ-ċittadini. L-eżekuttiv irid iwettaq dak li jiddeċiedi l-leġiżlattiv u l-ġudizzjarju jara u jassigura li d-drittijiet u l-libertajiet tan-nies mhux biss ikunu mħarsa imma wkoll li kulħadd huwa trattat l-istess quddiem il-liġi u skont il-liġi. Għalhekk il-qrati għandhom funzjoni partikolari fit-trattament tal-ġustizzja u għaldaqstant il-funzjoni tal-qrati m’għandha qatt tiġi abbużata jew manipulata għal skopijiet ulterjuri jew għal skopijiet biex jintrebħu punti politiċi. Jekk jiġri dan, il-poplu jitlef il-fiduċja tiegħu fl-istituzzjoni tal-ġustizzja.

F’dan il-kuntest aħna naderixxu ma dak li qal il-Prim Ministru li fil-kwistjoni li hemm quddiem it-Tri- bunal tal-Arbitraġġ Internazzjonali, b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet lil Vitals u Steward, kulħadd, inkluż l-Oppożizzjoni għandu jiġbed ħabel wieħed fl-interess ta’ pajjiżna.

Għalhekk nemmnu li l-appell li għamel il-Prim Ministru biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jikkunsidra sew il- pożizzjoni u l-azzjoni li għamel quddiem il-qrati huwa wieħed floku. Id-dibattitu għandu jkun politka- ment u jsir f’pajjiżna u ma jsir ebda attentat biex ikun imminat il-każ quddiem l-Arbitraġġ.
Jekk verament irridu nħarsu l-in- teress nazzjonali, ħadd m’għandu jittanta jagħmel kawżi quddiem il-qrati tagħna biex jiġu mminati ċ-ċansijiet u l-opportunitajiet li għandu l-Gvern kontra Steward f’dan l-arbitraġġ. Quddiem dan kollu, il-poplu għax sovran ma jistax ma jikkundannax attentati bħal dawn li jfixklu l-isforzi tal-Gvern f’dan il-każ.

Mhux biss f’dan il-każ imma fi kwalunkwe każ ieħor il-qrati għandhom jitħallew jaħdmu fil-liberta’ kollha biex il-ġustizzja mhux biss issir imma tidher li qed issir skont il-liġi. Dak li jiddeċiedu l-qrati, wieħed irid jirrispetta dawn id-deċiżjoni bla ebda pretensjoni jew xi forma ta’ pressjoni.

Ekonomija

Sport