Thursday, December 19, 2024

L-inflazzjoni reġgħet naqset f’Novembru 2024

Aqra wkoll

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni għax-xahar ta’ Novembru 2024 kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet taʼ 2.1 fil-mija, li tfisser li l-inflazzjoni naqset b’0.3 fil-mija fuq dik rreġistrata x-xahar taʼ qabel.

Fl-istess xahar, l-ogħla rati annwali taʼ inflazzjoni kienu reġistrati fl-Edukazzjoni u fit-Trasport. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-Komunikazzjoni  u l-Ħwejjeġ u ż-żraben urew l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.

FʼNovembru 2024, l-akbar kontribuzzjoni għall-inflazzjoni annwali kienet fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku. Dan seħħ l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-ħalib.

It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tat-Trasport u fl-Indiċi tar-Ristoranti u l-lukandi, kaġun ta’ prezzijiet ogħla tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi tar-ristoranti, rispettivament.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport