Wednesday, April 24, 2024

L-Iran jegħlbu lil Wales b’żewġ goals fl-aħħar sekondi tal-ħin miżjud

Aqra wkoll

Wales ……….0

Iran ………….2

Żewġ goals fl-aħħar sekondi tal-ħin miżjud taw rebħa mistħoqqa lill-Iran biex għelbu lil Wales bl-iskor ta’ 2-0.

Peró l-Iranjani kellhom jirbħu fil-ħin normali meta ġew imċaħħda darbtejn mil- lasta kif ukoll mill-bravuri tal-goalkeeper, Wayne Hennessey, li iżda, spiċċa ħati ta’ din it-telfa meta tkeċċa żewġ minuti mit-tmiem. 

Kien fil-51 minuta li l-Iranjani ġew imċaħħda darbtjen mill-wieqfa f’temp ta’ ftit sekondi.

Wara li Serdar Azmoun għeleb in-nasba tal-offside huwa għeleb lill-goalkeeper Wayne Hennessey, it-tentattiv tiegħu ħafna mal-lasta … u mill-istess azzjoni, ix-xutt bid-dawra ta’ Gholizadeh ġie mwaqqaf mil-lasta tan-naħa l-oħra, b’Hennessey megħlub għal kollox.

Fis-86 minuta, l-istess Hen­­nessey tkeċċa wara li waqqa’ lil Mehdi Taremi me­ta kien f’pożizzjoni li seta’ jiskorja.

U meta l-logħba dehret li kienet se tispiċċa fi draw, fit-98 minuta, l-Iran fetħu l-iskor b’xutt ta’ Ramin Rezaeian minn barra l-kaxxa u minuta wara, minn kontrattakk veloċi Roozbeh Cheshmi ssiġilla r-rebħa meta ċċippja minn fuq il-goalkeeper sostitut, Danny Ward.

 Wales: Wayne Hennessey, Ben Davies, Joe Rodon, Christopher Mepham, Neco Williams, Aaron Ramsey (Danny Ward 86), Ethan Ampadu (Joe Allen 77), Connor Roberts (Brennan Johnson 57), Harry Wilson (Dan James 57), Kieffer Moore, Gareth Bale – Coach: Robert Page

Iran: Hossein Hosseini,   Ehsan Hajsafi (Karim Ansarifard 68), Milad Mohammadi, Majid Hosseini, Morteza Pouraliganji, Ra­min Rezaeian, Saeid Ezatolahi (Ali Karimi 83), Ahmad Nourollahi (Roozbeh Cheshmi 78), Ali Gholizadeh (Alireza Jahanbakhsh 77), Mehdi Taremi, Serdar Azmoun (Karim Ansarifard 68) – Coach: Carlos Queiroz

Referee: Mario Escobar (Gwatemala)

Assistenti: Caleb Wales (Tri­nidad & Tobago), Juan Carlos Mora (Costa Rica)

Ammonit: J. Rodon (W)

Tkeċċa: W. Hennessey 86 (W)

Sport