Thursday, April 18, 2024

Fost l-akkużi kontra Roderick Cassar hemm li seraq il-mobile tal-vittma u kien qed isegwiha

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar tressaq il-Qorti Roderick Cassar, mixli bil-qtil ta’ martu Bernice Cassar, liema delitt seħħ nhar it-Tlieta li għadda fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin. 

L-imputat ġie mixli bi 15-il akkuża b’kollox b’dik ewlenija tkun l-omiċidju volontarju ta’ Bernice, li qed jitqies ukoll bħala femiċidju. Akkużi oħra kontrih kienu jgħidu li żammha kontra l-volontà tagħha, uża vjolenza morali psikoloġika fuqha u li kellu arma bla permess.

Roderick Cassar ġie mixli wkoll li seraq il-mobile u ċ-ċwievet tal-karozza tal-vittma, u li għamel ħsara fuq l-istess vettura. Huwa kien akkużat ukoll li kiser ordni tal-Qorti, hedded raġel ieħor, kiser il-paċi pubblika, m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, li ta fastidju lill-vittma u li kien qed isegwi l-passi tal-vittma bil-moħbi. 

Għal dawn l-akkużi kollha, huwa wieġeb mhux ħati iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. F’dan l-istadju, id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat iżda talbet lill-Qorti biex huwa jinżamm fis-sezzjoni forensika tal-Isptar Monte Carmeli, bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax għal din it-talba. 

Il-Qorti, rrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jagħmel il-konfermi neċessarji min-naħa tiegħu u jiddeċiedi hu fejn huwa l-aħjar post idoneu li għandu jinżamm l-imputat f’dan l-istadju.

Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Rode

Ekonomija

Sport