Wednesday, May 15, 2024

L-ispirtu tal-Milied daħal ġmielu f’Għawdex

Aqra wkoll

Hekk kif għadna fil-bidu tax-xahar ta’ Diċembru jidher li f’Għawdex diġà beda jinħass l-ispirtu ferrieħi tal-Milied. Għal sena oħra, bosta lokalitajiet madwar Għawdex bdew jorganizzaw attivitajiet marbuta ma’ dawn il-festi, fosthom is-siġra tal-Milied, dekorazzjonijiet tal-Milied u swieq tal-Milied.

Il-Ħadd filgħodu fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex tfaċċa Father Christmas u Mother Christmas fuq karrettun imżejjen apposta u miġbud minn żiemel. Bid-daqq tal-qanpiena ta’ Father Christmas, it-tfal li nzertaw kienu mal-ġenituri fil-madwar ma naqsux milli jduru miegħu u jieħdu xi ritratti tal-okkażjoni.

It-toroq ewlenin tal-Belt Victoria kif ukoll il-ġonna ta’ Villa Rundle huma mżejna b’tiżjin tradizzjonali għal dawn il-festi b’kull tip ta’ dekorazzjonijiet tal-Milied, bħal siġar tal-Milied, baubles u fairy lights filwaqt li ssib ukoll swieq tal-Milied fejn issib x’tixtri dak kollu li tixtieq.

Jidher li l-ispirtu tal-Milied daħal ġmielu f’Għawdex fejn rajna ħwienet bin-nies jagħmlu x-xirja tagħhom. F’pajjiżna l-Milied jiġi ċċelebrat fl-istaġun tax-xitwa, iżda f’bosta pajjiżi oħra madwar id-dinja jiġi ċċelebrat b’mod differenti minn tagħna.

Minflok temp kiesaħ, f’pajjiżi bħall-Awstralja u oħrajn in-nies jgawdu temperaturi sħan jew temp xemxi sabiħ. Dan għalkemm matul dawn il-ġranet tal-Milied tara aktar u aktar nies jiċċelebraw il-vaganzi tagħhom b’mod differenti.
 

Sport