Wednesday, May 13, 2026

L-Istati Uniti b’taħditiet biex tiftaħ bażijiet militari ġodda fi Greenland

Aqra wkoll

L-Istati Uniti żammet negozjati regolari mad-Danimarka bil-għan li tespandi l-preżenza militari tagħha fi Greenland, bit-taħditiet bejn iż-żewġ naħat jidher li mxew ’il quddiem fl-aħħar xhur. 

Uffiċjali tal-Istati Uniti qed ifittxu li jiftħu tliet bażijiet ġodda fin-naħa t’isfel ta’ dan it-territorju, li huwa semi-awtonomu taħt il-kontroll tad-Danimarka, hekk kif qed jaħdmu biex tissolva l-kriżi diplomatika li nħolqot meta l-President Donald Trump kien hedded li jieħu Greenland taħt idejh bil-forza.

F’Jannar li għadda, Trump kien qal li l-Istati Uniti għandha tieħu f’idejha Greenland biex tipprevjeni lir-Russja u ċ-Ċina milli jiħduha huma. Huwa ġie kkwotat jgħid li dan jista’ jsir jew “b’mod faċli” jew “bil-mod diffiċli”.

Il-White House kkonfermat li l-amministrazzjoni kienet involuta f’taħditiet tal-ogħla livell ma’ Greenland u d-Danimarka, iżda ma tawx aktar informazzjoni dwar in-negozjati li kienu għaddejjin. Uffiċjal tal-White House qal lill-BBC li l-amministrazzjoni kienet ottimista li t-taħditiet kienu sejrin fid-direzzjoni t-tajba. 

Id-Danimarka kienet ukoll esprimiet ir-rieda tagħha li tiddiskuti l-bażijiet militari Amerikani fi Greenland, bil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiż jikkonferma li qed isiru taħditiet mal-Istati Uniti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport