Wednesday, May 13, 2026

L-EKONOMIJA TA’ GĦAWDEX: IL-KUNTEST U D-DIREZZJONI GĦALL-ĠEJJIENI

Il-Bank of Valletta u l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex itellgħu konferenza dwar il-futur ekonomiku ta’ Għawdex

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta, f’kollaborazzjoni mal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, organizza konferenza bit-titlu ‘L‑Ekonomija ta’ Għawdex: il‑Kuntest u d‑Direzzjoni għall-Ġejjieni’, li laqqgħet flimkien stakeholders ewlenin biex jiddiskutu l-qagħda ekonomika ta’ Għawdex f’kuntest globali dejjem aktar kumpless u inċert. Matul ilkonferenza, ġiet evalwata lprestazzjoni ekonomika ta’ Għawdex, ġew identifikati lisfidi emerġenti, u ġew diskussi lopportunitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għattkabbir sostenibbli u għaddirezzjoni futura talekonomija Għawdxija.

Fil-preżentazzjoni tiegħu, Malcolm Bray, Kap tadDipartiment talEkonomija talBOV, spjega lkaratteristiċi ewlenin talekonomija ta’ Għawdex, liżviluppi riċenti kif ukoll lisfidi strutturali li qed jinfluwenzaw iddirezzjoni futura tagħha.

Għawdex kompla jirreġistra tkabbir ekonomiku ġeneralment allinjat ma’ dak ta’ Malta, għalkemm ilprestazzjoni baqgħet aktar volatili, xhieda tal-bażi ekonomika aktar ristretta u inqas diversifikata talgżira. Fl2024, Għawdex iġġenera qrib il-€1 biljun f’valur miżjud gross, li jirrappreżenta ftit aktar minn 4% talproduzzjoni ekonomika totali ta’ Malta.

Il‑popolazzjoni ta’ Għawdex żdiedet matul l‑aħħar snin, u tirrifletti x‑xejriet nazzjonali. Madankollu, Għawdex għadu qed jiffaċċja pressjonijiet demografiċi marbuta ma’ popolazzjoni li qed tixjieħ. L-impjiegi għadhom konċentrati b’mod qawwi fis‑settur tas‑servizzi, filwaqt li l‑qgħad għadu baxx, li jindika suq tax‑xogħol relattivament strett.

L‑attività fis-settur tat-turiżmu rkuprat b’mod qawwi wara l‑pandemija, bl-appoġġ minn konnettività mtejba. Madankollu, Għawdex għadu jiffunzjona prinċipalment bħala destinazzjoni għal żjarat qosra. L‑attività fis‑suq tal‑proprjetà stabbilizzat, bil‑kirjiet jibqgħu aktar affordabbli meta mqabbla ma’ Malta. Il‑ġid tal‑familji huwa fost l‑ogħla fuq livell nazzjonali, li fil-biċċa kbira jirrifletti rati għolja ta’ persuni li huma sidien ta’ djarhom. 

Fi tmiem il‑preżentazzjoni tiegħu, is‑Sur Bray irrimarka li, “il-viżjoni  lejn il-ġejjieni, l‑allinjament bejn l‑investiment, il‑politika u l‑finanzjament b’viżjoni bbażata fuq valur miżjud ogħla, sostenibbiltà u innovazzjoni se jkunu  kruċjali sabiex Għawdex isaħħaħ ir‑reżiljenza ekonomika tiegħu, filwaqt li jħares u jippreserva l‑identità distinta tiegħu.”

Juergen Attard, Senior Manager Policy & Research tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA), iffoka fuq “Il-Futur Ekonomiku ta’ Għawdex: Opportunitajiet Permezz ta’ Ekosistema Vibranti ta’ Negozji Ġodda”.  Huwa rrimarka li “L-ekonomija ta’ Għawdex għamlet progress sinifikanti, bi tkabbir sostnut u kważi impjieg sħiħ. Il-fażi li jmiss hija li nibnu fuq dan il-momentum billi niddiversifikaw f’setturi b’valur miżjud ogħla u ntejbu l-kwalità tal-impjiegi, filwaqt li niżguraw li l-Għawdxin ikunu jistgħu jkomplu jgħixu u jaħdmu f’Għawdex stess. Element importanti ta’ din it-tranżizzjoni huwa l-iżvilupp ta’ ekosistema vibranti ta’ negozji ġodda, appoġġjata minn qafas integrat li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, u attività ekonomika b’valur miżjud ogħla.”

Michael Galea, President tal‑Kamra tan-Negozju għal Għawdex, stqarr li “l‑opportunità reali għal Għawdex mhijiex li jirreplika l‑mudell ta’ Malta, iżda li jiddefinixxi l-mudell tiegħu stess. Għawdex jeħtieġ li jibni ekonomija reżiljenti, innovattiva u b’valur miżjud għoli.” Dan is‑sentiment ġie rifless ukoll minn Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal‑Kamra tan-Negozju għal Għawdex, li enfasizza ż‑żieda fin‑numru ta’ kumpaniji b’valur miżjud għoli li qed joperaw f’Għawdex, b’mod partikolari fis‑settur diġitali, li fil‑maġġoranza tagħhom huma lokali. Huwa rrimarka li “b’ambjent xieraq, nistgħu nimxu lejn ekosistema ta’ kumpaniji li tkun f’pożizzjoni li tgħin start‑ups oħra jirnexxu f’dan is‑settur. Madankollu, nemmen li l‑attenzjoni tagħna għandha tkun ukoll fuq iż‑żgħażagħ. Il‑Kamra, permezz tal‑programm youth4entrepreneurship, qed tistinka biex tnissel fl-imprendituri żgħażagħ il‑kunfidenza meħtieġa biex jippreżentaw l‑ideat kummerċjali tagħhom dwar Għawdex. Għandna nkomplu niżviluppaw u nsaħħu aktar qafas bħal dan,” żied jgħid.

Fid-diskors tal-għeluq, Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, enfasizza li l-futur ta’ Għawdex jiddependi fuq bidla ċara lejn żvilupp sostenibbli mmexxi mill-kwalità, u ffaċilitat permezz ta’ kollaborazzjoni b’saħħitha. Huwa qal li l-insularità doppja ta’ Għawdex għandha tiġi sfruttata deliberatament bħala vantaġġ strateġiku, li jippożizzjona l-gżira bħala destinazzjoni esklużiva u ta’ valur għoli appoġġjata minn ippjanar dixxiplinat u investiment responsabbli. Is-Sur Farrugia ddeskriva l-ħtieġa għal finanzjament immirat għal turiżmu ta’ kwalità u intrapriża b’valur miżjud, konnettività mtejba u infrastruttura diġitali, u investiment sostnut fil-ħiliet u ż-żamma tat-talent. Innota li l-BOV għandu rwol ewlieni x’jaqdi bil-għan li dawn il-miri jintlaħqu. Huwa kkonkluda li t-trasformazzjoni tal-viżjoni f’realtà se tirrikjedi allinjament bejn dawk li jfasslu l-politika, il-komunità tan-negozju u l-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiġu żgurati r-reżiljenza u l-kompetittività fit-tul ta’ Għawdex.

Kenneth Farrugia u Daniel Borg ħadu sehem ukoll fid‑diskussjoni, flimkien ma’ Ivan Falzon, CEO tal‑Awtorità għall-Iżvilupp Regjonali ta’ Għawdex (GRDA); Mario Buttigieg, CEO ta’ Fiduscorp Limited; u Omar Tanti, CEO ta’ Threls. Id‑diskussjoni ffukat fuq ir‑reżiljenza u l‑dgħufijiet ekonomiċi ta’ Għawdex, l‑investiment u l‑aċċess għall‑finanzjament, l‑infrastruttura u s‑sostenibbiltà, it‑trasformazzjoni diġitali u t‑talent, kif ukoll l‑intraprenditorija u l‑attrazzjoni tal‑kapital.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport