Fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex, it-total ta’ studenti li għandhom ADHD li bdew jew komplew bl-istudji tagħhom jammonta għal 1,768. Dan jinkludi skejjel tal-Istat, Knisja u kif ukoll Indipendenti.
Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għall-awtiżmu hu ta’ 197 student. L-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-ammonti tagħha wara l-aħħar tas-sena.
Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea.