Monday, December 23, 2024

L-Italja tkompli tittama hekk kif il-każi ġodda ta’ coronavirus ikomplu jonqsu

Aqra wkoll

L-Italja llum irreġistrat tnaqqis sinjifikanti fin-numru ta’ każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan hekk kif l-awtoritajiet irreġistraw 3,599 każ matul dawn l-aħħar 24 siegħa.

Madankollu n-numru ta’ mwiet xorta baqgħet għolja, bl-awtoritajiet Taljani jgħidu li llum mietu 636 persuna kaġun tal-coronavirus. Dan wassal biex il-vittmi fil-pajjiż issa tela’ għal 16,523, l-ogħla madwar id-dinja kaġun tal-pandemija.

Intant aktar minn 50,000 persuna infettati bil-coronavirus mietu madwar l-Ewropa. Kważi 700,000 persuni ġew infettati bil-Covid-19 fil-kontinent Ewropew biss, bl-Italja, Spanja u l-Ġermanja it-tliet pajjiżi Ewropej l-aktar milqutin.

Spanja llum irreġistrat l-inqas numru ta’ mwiet sa mill-24 ta’ Marzu li għadda (637 mewt), filwaqt li l-Ġermanja ħabbret 92 imwiet, l-inqas f’din l-aħħar ġimgħa.

Aktar minn 37,000 persuna mietu kaġun tal-virus fl-Italja (15,877), spanja (13,055), u Franza (8,078).

B’paragun ma’ dan il-Ġermanja rreġistrat 1,434 imwiet biss minn fost id-90,000 każ ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan minħabba li l-pajjiż adotta policy aggressiva biex kull min ikollu sintomi li jista’ jkun infettat bil-virus jiġi sottomess għal testijiet.

Ekonomija

Sport