Sunday, November 1, 2026
Home Sport L-Iżrael se tressaq ilment mal-UEFA dwar ir-rimarka ta’ Heimir Hallgrimsson dwar il-“ġenoċidju”

L-Iżrael se tressaq ilment mal-UEFA dwar ir-rimarka ta’ Heimir Hallgrimsson dwar il-“ġenoċidju”

0
50

L-Assoċjazzjoni tal-Football ta’ Iżrael se tressaq ilment uffiċjali quddiem il-UEFA kontra l-FAI u l-coach Irlandiż, Heimir Hallgrimsson.

 Dan wara li f’Settembru Hallgrimsson qal li t-team tiegħu kien qed jilgħab “kontra l-ġenoċidju”, filwaqt li l-players Irlandiżi niżżlu rashom waqt l-innu nazzjonali Iżraeljan bħala protesta kontra l-operazzjonijiet militari f’Gaża. 

L-Iżraeljani qed jakkużaw ukoll lill-Irlandiżi li ppolitiċizzaw l-isport u ttrattaw ħażin lill-ġurnalisti tagħhom. 

Sadanittant, il-UEFA qed tinvestiga allegazzjonijiet ta’ mġiba razzista minn partitarji Iżraeljani. L-FAI qalet li r-reviżjoni tagħha dwar l-aħħar impenji internazzjonali għadha għaddejja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here