L-MDA tappella lill-Partit Nazzjonalista sabiex ma jippolitiċizzax sitwazzjonijiet delikati,
bħal kontroversji dwar is-CEO li rnexxielu jagħmel differenza totali fl-aktar awtorità
diffiċli, li dejjem kienet l-akbar sfida għal kull gvern.
Il-Partit Nazzjonalista għandu jkun proattiv u, biex jirbaħ il-fiduċja tan-negozji u
investituri Maltin u Għawdxin, għandu jipproponi aktar riformi ġodda li tant għandna
bżonnhom, u kif se jitwettqu, milli jaqa’ fit-tentazzjoni li jirkeb il-karru populista.
L-MDA dejjem insistiet fuq governanza tajba, qatt ma beżgħet titkellem meta kien hemm
bżonn, u tappella lill-partijiet kollha sabiex jaġixxu b’responsabbiltà, mingħajr ma jaslu
għal konklużjonijiet fuq suspetti u allegazzjonijiet mhux ippruvati.
