Il-Malta Development Association (MDA) tilqa’ b’sodisfazzjon kbir ilproposta tal-Gvern biex jerġgħu jiddaħħlu l-iskejjel vokazzjonali u talartiġjanat. Għal bosta snin, l-MDA ilha tappella biex tingħata aktar importanza lilledukazzjoni vokazzjonali u biex jerġgħu jiġu introdotti l-iskejjel talartiġjanat.
Għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni tilqa’ b’mod pożittiv il-fatt li din ilkwistjoni importanti reġgħet tinsab fuq l-aġenda nazzjonali. Is-sistema edukattiva ta’ Malta għandha tirrikonoxxi li l-edukazzjoni akkademika mhijiex l-unika triq lejn karriera ta’ suċċess.
Iż-żgħażagħ għandhom abbiltajiet u talenti differenti, u dawk li għandhom kapaċitajiet prattiċi u tekniċi għandhom jingħataw l-opportunità jiżviluppaw dawn ilħiliet f’professjonijiet rispettati u ta’ valur. Elettriċisti, plumbers, bennejja, mastrudaxxi, tekniċi u ħaddiema oħra tassengħa huma essenzjali għall-ekonomija ta’ Malta.
Dawn il-professjonijiet joffru prospetti tajbin ta’ karriera, indipendenza finanzjarja u anke lopportunità li wieħed jibda u jmexxi n-negozju tiegħu stess. Il-President tal-MDA, Michael Stivala, qal: “L-iskejjel tal-artiġjanat huma xi ħaġa li l-MDA ilha għal bosta snin tappella biex jerġgħu jiġu introdotti. Għalhekk nilqgħu l-inizjattiva tal-Gvern u nemmnu li din tista’ toħloq opportunitajiet siewja għaż-żgħażagħ li għandhom aktar inklinazzjoni lejn it-tagħlim prattiku u tekniku.”
“L-għażla li wieħed jitgħallem sengħa qatt m’għandha titqies bħala għażla ta’ inqas valur minn karriera akkademika. Il-ħaddiema tas-sengħa huma professjonisti u jistħoqqilhom l-istess rispett, inkoraġġiment u appoġġ.”
L-MDA temmen li l-iskejjel moderni tal-artiġjanat għandhom jirriflettu lħtiġijiet tal-ekonomija tal-lum. Dawn għandhom jinkludu s-snajja’ tradizzjonali, flimkien ma’ metodi moderni ta’ kostruzzjoni, sistemi elettriċi u mekkaniċi, enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ġodda.
L-industrija għandha wkoll tkun involuta fl-iżvilupp tal-korsijiet u talapprendistati, sabiex it-taħriġ ikun jirrifletti l-ħtiġijiet reali tal-post taxxogħol u jipprepara liż-żgħażagħ għall-opportunitajiet li jeżistu fis-suq taxxogħol.
L-MDA tħares ’il quddiem biex tikkontribwixxi b’mod attiv fil-proċess ta’ konsultazzjoni.


