Tuesday, November 3, 2026
Home Sport L-MFA issejjaħ Assemblea Ġenerali għal ġimgħa d-dieħla

L-MFA issejjaħ Assemblea Ġenerali għal ġimgħa d-dieħla

0
104

Minn Cristian Muscat

Il-Malta Football Association se tlaqqa l-membri permezz ta’ Assemblea Ġenerali li se ssir nhar it-Tlieta filgħaxija f’Ta’ Qali.

Din hija t-tieni Assemblea Ġenerali għal dan l-istaġun fejn is-soltu tkun tiffoka fuq il-ħidma li qed tagħmel l-Assoċjazzjoni. Fil-fatt fuq l-aġenda hemm suġġett partikolari li jispikka u dan huwa reviżjoni dwar il-proġetti tekniċi.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-MFA se tkun qed tippreżenta riforma sħiħa fis-settur tal-grassroots jiġifieri fil-livell tan-nurseries, objettiv li kien fil-manifest tal-President Bjorn Vassallo meta dan kien ġie elett.

Dan ifisser li wara li saru riformi kbar fil-governanza u fuq livell ta’ kompetizzjonijiet u klabbs domestiċi, issa l-MFA se tkun qed tiffoka fuq is-settur taż-żgħażagħ.

Dan jiġi f’perjodu meta t-timijiet nazzjonali tal-Irġiel u tan-Nisa għaddejin minn perjodu pożittiv ta’ riżultati bit-tim nazzjonali tal-Irġiel jinsab punt wieħed il-bogħod milli jirbaħ il-grupp fil-UEFA Nations League u li b’rebħa jista’ eventwalment jiftaħ opportunita’ li jilgħab play-off li permezz tagħha t-tim jikkwalifika għall-ewwel darba għal kampjonat finali tal-UEFA EURO 2028 li se jsir fl-Ingilterra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here