Emma Bartoli, Jeremy Mark Gatt, Juan Casaru u Monique Monika Vella jinsabu l-Kroazja biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Badminton fl-ewwel edizzjoni tal-Avveniment Multi-Sportiv tal-Federazzjoni Ewropea tal-Isport fl-Iskejjel (ESSF), li se jsir mit-3 sas-7 ta’ Novembru 2026.
Magħhom hemm il-kowċ Matthew Haynes u Samuel Stanislaus, li se jieħu sehem fl-avveniment bħala umpire.




