Il-Malta Football Association qed tevalwa b’mod kostanti l-iżviluppi kollha fir-rigward tal-każ relatat mal-coach tat-timijiet nazzjonali, Devis Mangia, li ġie sospiż b’mod temporanju wara allegazzjonijiet ta’ mġieba ħażina.
Il-Malta FA taċċenna li, mill-mument li rċeviet rapporti dwar dan il-każ, b’approċċ veloċi u deċiżiv l-Assoċjazzjoni mill-ewwel ħadet azzjoni billi tissospendi lis-Sur Mangia mid-dmirijiet tiegħu permezz ta’ stqarrija ppubblikata proprju, it-Tlieta filgħodu 27 ta’ Settembru, 2022.
Barra minn hekk, b’mod urġenti ġiet imsejħa laqgħa tal-Bord Eżekuttiv li rratifika d-deċiżjoni biex is-Sur Mangia jiġi sospiż minnufih fejn il-kwistjoni ġiet riferuta lis-Safeguard Board biex jinvestiga.
Għalkemm sal-ħin ta’ din il-pubblikazzjoni, dan il-każ għadu qed jidwi b’bosta allegazzjonijiet, is-serjetá tal-pretensjonijiet tagħmilha essenzjali li l-Assoċjazzjoni tfittex linji gwida mill-FIFA kif ukoll mill-UEFA, billi tadotta l-istess approċċ użat f’każijiet relatati ma’ kwistjonijiet ta’ integrità fil-football internazzjonali.
Filwaqt li l-Malta FA mill-ewwel bdiet bl-investigazzjoni tagħha permezz tal-istrutturi interni u l-proċessi tagħha biex tindirizza kwistjonijiet ta’ din ix-xorta, it-Tnejn filgħodu ssottomettiet rapport ta’ dawn l-allegazzjonijiet lill-pulizija.
Filwaqt li tisħaq li se tkompli taħdem qatigħ u b’mod kontinwu biex jiġu stabbiliti l-fatti, il-Malta FA tibqa’ miftuħa għal għal dawk li jkunu jridu jirrapportaw każijiet ta’ kull natura li jiġu ttrattati b’serjetá kbira.
Ghall attenzjoni tal pulizija,Community Officers u ministeru ta l edukazzjoni.Sinjuri jekk jogobkhom araw li liskola ta hal lija,jkolla il prezenza ta pulizija u community officers waqt il hin tal hrug tat tfal.IL LUM 05/10/2022 MA KIEN HEMM HADD.KAROZZI GHADDEJIN IL HIN KOLLU.VERU IRRESPONSABILTA KBIRA.HUDU PASSI U IBGHATU LILL MIN JIKKONTROLLA IT TRIQ.
Grazzi