Wednesday, March 27, 2024

Marcelo Bielsa jitlob €3 miljun f’kumpens mingħand Marseille

Aqra wkoll

Il-coach Arġentin, Marcelo Bielsa, qed jitlob €3 miljun f’kumpens mingħand Marseille – il-club li ħalla lura fl-2015, qalu l-avukati tiegħu f’qorti Franċiża.

Bielsa ħalla lil Marseille f’Awwissu 2015. Minn dakinhar qatta’ jumejn biss fit-tmexxija ta’ Lazio, 13-il logħba fit-tmexxija ta’ Lille u kważi erba’ snin fit-tmun ta’ Leeds, fejn mexxa lill-Whites lura fil-Premier League u mbagħad fid-disa’ post, iżda tkeċċa fi Frar bit-team tiegħu ikun fit-tarf taż-żona ta’ relegazzjoni.

Fl-ewwel staġun ta’ Bielsa ma’ Marseille, il-club kien fl-ewwel post fl-ewwel nofs tal-istaġun qabel imbagħad spiċċa l-istaġun fir-raba’ post.

Ekonomija

Sport