Wednesday, April 24, 2024

Carlo Ancelotti jemmen li l-midfielder Federico Valverde jista’ jgħaddi lil Steven Gerrard fis-suċċess

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, qal li jemmen li l-midfielder Federico Valverde jista’ jaqbeż fis-suċċess lill-ex player leġġendarju ta’ Liverpool, Steven Gerrard, bħala player.

It-Taljan kien mistoqsi dwar il-paragun bejn l-Urugwajan u l-manager attwali ta’ Aston Villa, li kien midfielder dinamiku simili bħala player.

Ancelotti qal li nnota l-karatteristiċi ta’ Valverde, fosthom il-kapaċità li jidħol fil-kaxxa u jasal f’pożizzjonijiet perikolużi, li jfakkru ħafna fi Steven Gerrad.

“Naqbel, għandu ħafna mill-istess talenti bħal Gerrard,” qal Ancelotti.

“Huwa tajjeb ħafna li qed iqabbluh ma’ player li kellu dan is-suċċess.”

Sport