Tuesday, December 24, 2024

L-OHSA żżid l-ispezzjonijiet u ssib numru ta’ illegalitajiet

Aqra wkoll

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) żiedet l-ispezzjonijiet tagħha u fl-aħħar 24 siegħa nstabu numru ta’ rregolaritajiet.

Fi stqarrija maħruġa minnha, l-OHSA qalet li minkejja liġijiet eżistenti u kampanji ta’ tagħrif, għadek issib kuntratturi li qegħdin jabbużaw u jħallu perikli bi slielem mġanntin , aperturi mingħajr ilqugħ adekwat u nuqqas ta’ sapport adekwat fost irregolaritajiet oħrajn.

L-OHSA qalet li hija kommessa li tinfurza l-liġijiet u tissanzjona lil dawk responsabbli minħabba l-liġijiet li jħarsu s-saħħa tal-individwi għandha tiġi rispettata kullimkien.

F’reazzjoni għal dan il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi qal li “Li sidien u kuntratturi jippermettu li ħaddiema jaħdmu f’kundizzjonijiet bħal dawn huwa għal kollox inaċċettabli”.

Ekonomija

Sport