Thursday, March 28, 2024

Jingħata l-aħħar tislima Luca Curmi

Aqra wkoll

Folla ġmielha ta’ nies inġabru fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex biex ilbieraħ taw l-aħħar tislima lil Luca Curmi.

Waqt l-Omelija, iċ-ċelebrant tal-quddiesa tal-funeral fakkar fit-tbissima tiegħu u l-qalb tajba li kellu. Fakkar dwar kif huwa dejjem kien lest li jkun hemm biex jipprova jgħin lil dak li jkun u kif l-aħbar tal-mewt tiegħu ħalliet lil bosta ssummati.

Curmi tilef ħajtu fl-14 ta’ Settembru li għadda wara li għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Damasku fil-Munxar Għawdex.

Fl-età ta’ 29 sena, Curmi, li jirrisjedi fl-istess lokalità, kien iċċertifikat mejjet fuq il-post wara li waqa’ madwar erba’ sulari għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Ekonomija

Sport