Thursday, April 18, 2024

L-omm li frankat aktar minn £1,000 biex titma’ ‘l familja għal sena sħiħa

Aqra wkoll

Omm ta’ 47 sena fl-Ingilterra ħasbet biex taqsam l-esperjenza u ftit mill-pariri tagħha wara li xtrat biżżejjed ikel biex tkun tista’ titma’ lill-familja tagħha għall-bqija tas-sena.

Lindzi Bebbington-Colbourne, li hija uffiċjal tal-pulizija minn Lincolnshire, iffrankat aktar minn £1,000 billi xtrat prodotti tal-ikel qrib id-data tal-iskadenza.

Fil-fatt hija mhux biss xtrat biżżejjed laħam għaliha u għat-tliet itfal tagħha biex ikunu jistgħu jieklu sal-Milied, iżda wkoll xtrat biżżejjed biex tkun tista’ taqsam mal-ħbieb u l-familja u biex tagħti donazzjoni lil xi food banks biex ikunu jistgħu jagħtu lil min m’għandux ikel.

Il-mistoqsija ta’ ħafna kienet dwar kif jirnexxielha żżomm daqstant ikel f’daqqa. Għal dan hija wieġbet li tuża xejn inqas minn ħames friżers.

Din il-mara ilha għaddejja b’dan il-kunċett għal diversi snin u qalet li tħoss li għandha tagħmel hekk peress li sa minn ċkunitha tgħallmet dwar l-importanza li ma jinħelix l-ikel wara li trabbiet f’dar fqira.

Hija spjegat li b’dan il-metodu hija tiffranka ammont ta’ flus konsiderevoii. Fil-fatt f’waħda mix-xirjiet tagħha li għamlet wara l-Milied hija nefqet £200 u fiha xtrat ikel li oriġinarjament kien jiswa aktar minn £750.

Hija fissret li tuża’ l-ħwienet ewlenin kollha u osservat kif dawn ġeneralment inaqsu l-prezz tal-affarijiet mat-tliet darbiet fil-ġurnata, iżda l-akbar tnaqqis fil-prezz isir bil-lejl.

Ekonomija

Sport