L-atroċitajijet li qegħdin isiru fuq il-poplu Palestinjan quddiem id-dinja huma atti kriminali tal-gwerra li ġew rikonoxxuti u kkundannati mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) tant li fil-21 ta’ Novembru li għadda nħareġ ordni ta’ arrest għall-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu u l-eks Ministru tad-Difiża, Yoav Gallant.
Fir-rigward semma’ leħnu wieħed mill-ogħla dimplomatiċi tal-Unjoni Ewropea (UE), Josep Borell li f’kumment li tella’ fuq il-pjattaforma “X” saħaq li, “dawn id-deċiżjonijiet jorbtu lill-istati kollha tar-Rome Statute li jinkludu lill-istati membri kollha tal-UE”.
Tajjeb li nsemmu li l-ICC fi stqarrija qalet li għandha “raġunijiet validi biex temmen li kemm Netanyahu, kif ukoll Gallant huma ħatja ta’ atti kriminali tal-gwerra billi qatlu bil-ġuħ bħala metodu ta’ gwerra kif ukoll atti kriminali kontra l-umanità ta’ qtil, persekuzzjoni u atti inumani oħra”.