Wednesday, July 24, 2024

L-Ukrajna għaddejja b’investigazzjoni minħabba l-korruzzjoni fl-armi

Aqra wkoll

Minn investigazzjoni illi saret riċentament fl-Ukrajna, irriżulta li l-pajjiż jinsab f’korruzzjoni fir-rigward ta’ armi militari, li jammontaw xejn inqas minn $40 miljun. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għas-servizz tas-sigurtà tal-Ukrajna, li qal li b’rabta ma’ dan il-każ, qed jiġu investigati ħames persuni fil-ministeru tad-difiża u xi persuni li huma responsabbli mill-armi.

Żied jgħid li f’Awwissu tal-2022, l-uffiċjali tad-difiża ffirmaw kuntratt sabiex jingħataw mal- 100,000 armi tan-nar. Ġie rrimarkat ukoll li l-ħlas sar bil-quddiem permezz ta’ fondi trasferiti u li l-arrmi ma ngħataw qatt.
L-SBU qalet li skont l-investigazzjoni, l-uffiċjali ta’ grad għoli preċedenti u attwali tal-Ministeru tad-Difiża u l-kapijiet ta’ kumpaniji huma involuti f’serq. Qalet ukoll li l-istess ftehim kien jgħid li l-armi suppost kellhom jintbagħtu lil Ukreni sitt xhur wara li bdiet l-invażjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna u li midja internazzjonali rrapurtat li wieħed mis-suspettati nżamm mill-Pulizija waqt li kien qed jipprova jitlaq mill-Ukrajna u li bħalissa jinsab arrestat.

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky, qal l-ġlieda kontra l-korruzzjoni kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu sa minn meta tela’ fil-poter fl-2019. F’Awwissu li għadda, il-President Zelensky kien keċċa lill-uffiċjali kollha inkarigati mir-reklutaġġ militari.

L-organizzazzjoni tal-kampanji u r-riċerka, magħrufa bħalaTransparency International qalet li l-Ukrajna ġiet ikklassifikata fil-116-il post minn 180 pajjiż f’indiċi tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni

Ekonomija

Sport