Thursday, December 26, 2024

La Liga: Jude Bellingham jista’ jiġi sospiż wara li nsulta lil Mason Greenwood

Aqra wkoll

La Liga bagħtet ir-rapport minn espert  lill-Kumitat tal-Kompetizzjoni dwar jekk Jude Bellingham sejjaħx lil Mason Greenwood bħala “stupratur” fil-partita bejn Getafe u Real Madrid, fl-20 ġurnata tal-kampjonat.

Issa se jkollu jiġi deċiż fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport jekk għandux jissospendi lill-attakkant Madrilen.

Għadu ma ġie żvelat xejn dwar il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport. Issa huwa f’idejn il-Kumitat tal-Kompetizzjoni li jirrevedi l-istudju u joħroġ deċiżjoni dwar jekk jissanzjonax jew le lill-attakkant internazzjonali Ingliż.

Dan l-ilment tressaq mill-coach, Jose Bordalas, li emmen li l-player tagħhom kien insultat serjament. Għal din ir-raġuni, ġie kkummissjonat espert tal-qari tax-xufftejn biex jipprova jiddetermina jekk kienx hemm nuqqas ta’ rispett jew le.

Hemm żewġ teoriji dwar dak li seta’ qal Bellingham. L-ewwel waħda hi li sejjaħ lil Mason Greenwood bħala “stupratur”, iżda hemm ukoll il-possibbiltà li l-kelma li qal kienet “żibel”.

L-opinjoni esperta kellha tagħti l-verdett tagħha u issa huwa f’idejn il-Kumitat tal-Kompetizzjoni li jiddeċiedi jekk il-player tal-leaders ta’ La Liga huwiex se jiġi sospiż.

Ekonomija

Sport