Barcelona kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva tagħhom ta’ La Liga wara li għelbu lil Rayo Vallecano 5-2.
Raphinha skorja darbtejn u sar l-ewwel player minn Lionel Messi fl-2017 li skorja ħames goals fl-ewwel tliet logħbiet tal-istaġun.
Lamine Yamal ukoll skorja doppjetta, u b’hekk qabeż il-50 goal tiegħu ma’ Barcelona, minkejja li għandu biss 19-il sena.
Rayo marru minn fuq permezz ta’ Sergio Camello, iżda Barcelona dawru l-logħba favur tagħhom. Anthony Gordon ikkontribwixxa b’assist għal Raphinha, filwaqt li Yamal skorja l-aħħar gowl fil-ħin miżjud. Barcelona u Real Madrid għandhom disa’ punti minn tliet logħbiet.




