Monday, October 19, 2026
Home Sport La Liga: Real Madrid jiddominaw lil Sevilla

La Liga: Real Madrid jiddominaw lil Sevilla

0
56

F’La Liga, Real Madrid kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-1 kontra Sevilla fil-Bernabeu. Il-Madrileni ddominaw dan  il-konfront u kisbu tliet punti importanti qabel il-konfront kontra Barcelona f’El Clasico.

Arda Güler fetaħ l-iskor fit-30 minuta b’xutt mill-isbaħ, qabel ma Kylian Mbappe rdoppja l-vantaġġ seba’ minuti wara. L-attakkant Franċiż skorja t-tieni goal personali tiegħu minn penalty fit-63 minuta, biex poġġa lil Real Madrid fil-kontroll tal-partita.

Sevilla naqqsu d-distakk permezz ta’ Manu Bueno fit-80 minuta, iżda Yan Diomande wieġeb b’goal ieħor żewġ minuti wara biex issiġilla r-rebħa għall-Madrileni.

B’dan is-suċċess, Real Madrid telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’21 punt, filwaqt li naqqsu d-distakk mil-leaders Barcelona għal sitt punti

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here