Minn Cristian Muscat
Floriana ………3
Mosta ………….3
Mosta kisbu punt drammatiku fil-konfront li temm it-tmien ġurnata tal-Kampjonat BOV Malta Premier League, meta fl-aħħar minuti rkupraw minn żvantaġġ ta’ 3-1 biex kisbu draw ta’ 3-3 kontra ċ-champions Floriana. Dan kien ukoll l-ewwel konfront ta’ Jean Paul Desira bħala coach ta’ Floriana.
Il-Greens fetħu l-iskor fid-19-il minuta permezz ta’ free-kick dirett ta’ Carlo Zammit Lonardelli, iżda Nevin Portelli kiseb id-draw għal Mosta fil-25 minuta b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa.
Il-Furjaniżi reġgħu marru fil-vantaġġ fid-34 minuta meta Kenan Dervisagic approfitta minn żball fid-difiża Mostija biex tefa’ fix-xibka. Qabel il-mistrieħ, Paul Mbong żied goal ieħor minn penalty biex Floriana daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 3-1.
Fit-tieni taqsima, Mosta żiedu l-isforzi tagħhom biex jerġgħu jidħlu fil-konfront. U kien fis-87 minuta li Ryan Debono naqqas id-distakk b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Nevin Portelli.
Mosta komplew jinsistu u kisbu l-gowl tad-draw fit-92 minuta. Wara li x-xutt ta’ Nevin Portelli ħabat mal-mimduda, il-ballun wasal għand Bradley Farrugia, li t-tentattiv tiegħu spiċċa fix-xibka wara devjazzjoni sfortunata tad-difensur Nikita Shchepetkin.
B’hekk, Mosta kisbu punt importanti wara rimonta impressjonanti fl-aħħar minuti, filwaqt li Floriana ħallew jaħarbulhom żewġ punti minkejja li kienu fil-vantaġġ b’żewġ goals.
Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Alexandre Martins, Paul Mbong (Nikita Shchepetkin 85), Kenan Dervisagic (Robert Muric 69), Dunstan Vella, Alen Kurtalic (Emerson Piscopo 77), Gaston Romano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli (Yassine Jbira 85), Stephen Odey (Tomislav Gudelj 85) – Coach: Jean Paul Desira
Mosta: David Akpan (Jayden Farrugia 46), Neil Frendo (Luca Chetcuti 71), Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Prince Afiriye (Ryan Debono 46), Oscar Kenechi Ezeijofor, Nathan Cross, Pedro Da Silva Barbosa, Geoffrey Acheampong (15 Lydon Calleja), Thiago Espindola (Bradley Farrugia 46) – Coach: Joe Grech
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: Luke Portelli, Max-Lee Muscat
Raba’ Uff.: Reuben Spiteri Delicata
Skorers: C. Zammit Lonardelli 21, K. Dervisagic 34, P. Mbong 45 pen (F); N. Portelli 25, R. Debono 87, Nikita Shchepetkin 92 o.g. (M)
Ammoniti: K. Zammit, G. Acheampong (M); D. Vella, A. Kurtalic (F)
Player tal-Logħba: Stephen Pius Odey (Floriana)





