Friday, November 15, 2024

La Liga tikkritika l-pjani tal-FIFA

Aqra wkoll

Il-FIFA wriet “diżrispett totali” lejn il-kommunità tal-football bil-pjanijiet tagħha tat-Tazza tad-Dinja u tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, tgħid stqarrija maħruġa minn La Liga ta’ Spanja.

Il-korp governattiv dinji tal-football nhar it-Tlieta qal li t-Tazza tad-Dinja tal-2026 se jkollha 104 logħbiet, minn 64, u żvelat pjanijiet għat-

Tazza tad-Dinja tal-Clubs bi 32 team.

“Il-FIFA tkompli l-prattika ħażina tagħha li tieħu deċiżjonijiet unilaterali fuq il-kalendarju tal-football dinji,” qalet l-istqarrija ta’ La Liga, u żiedet li se tmur għall-World Leagues Forum (WLF) qabel tieħu l-“passi xierqa li jmiss”.

Rappreżentanti mill-unjoni tal-players FIFPRO u l-Assoċjazzjoni tal-Players Professjonali wkoll ikkritikaw il-pjanijiet tal-FIFA, li ntlaħaq qbil dwarhom nhar it-Tlieta fil-laqgħa tal-kunsill tagħha fir-Rwanda.

It-Tazza tad-Dinja estiża tal-2026, li se ssir fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada, se tara n-numru ta’ pajjiżi parteċipanti jiżdied minn 32 għal 48.

Il-FIFA kienet ipproponiet format ta’ 16-il grupp ta’ tlieta, iżda issa għażlet 12-il gruppi ta’ erbgħa, segwiti minn round ġdid tal-aħħar 32.

Il-mossa tespandi l-kompetizzjoni mit-80 partita proġettata tagħha għal 104 u tfisser ukoll li t-timijiet se jkollhom jilagħbu tmien logħbiet biex jirbħu l-kampjonat, meta mqabbla ma’ sebgħa fit-Tazza tad-Dinja tal-2022.

Il-FIFA kienet approvat ukoll il-lista ta’ aċċess għat-Tazza tat-Dinja tal-Clubs ta’ 32 team, li se ssir kull erba’ snin minn Ġunju 2025.

L-istqarrija ta’ La Liga qalet: “Il-FIFA qed turi disprezz sħiħ għall-importanza tal-kampjonati nazzjonali, u l-kommunità tal-football inġenerali.

“Il-FIFA tittraskura kompletament il-ħsara ekonomika li dawn id-deċiżjonijiet ikkaġunaw lill-kampjonati madwar id-dinja. Il-kampjonati ma ġewx konsultati dwar l-ebda tibdil ippreżentat.

“Dawn id-deċiżjonijiet ma jqisux l-impatt kompetittiv, sportiv u ekonomiku fuq il-kampjonati, clubs u players, billi jkomplu jkabbru skeda diġà mgħobbija żżejjed. Il-FIFA tqis biss grupp żgħir ta’ clubs u players.”

La Liga qalet li issa se tanalizza l-pjanijiet tal-FIFA mal-WLF, organizzazzjoni li tirrappreżenta l-kampjonati tal-football tal-assoċjazzjoni professjonali.

F’Diċembru, il-WLF ikkritikat it-tħabbira ta’ Tazza tad-Dinja tal-Clubs ta’ 32 team, u qalet li jista’ jkollha konsegwenzi ta’ ħsara għall-ekonomija tal-football u l-benesseri tal-players.

L-organizzazzjonijiet tal-players u l-managers tal-clubs esprimew regolarment tħassib dwar it-talbiet fuq il-players, u l-FIFA għandha twaqqaf taskforce biex tħares lejn il-benesseri tal-players u “prinċipji bħal perjodi ta’ mistrieħ obbligatorju”.

Ekonomija

Sport