Il-kampanja ta’ Lewis Hamilton għar-rebħ tal-kampjonat tal-Formula 1 ta’ din is-sena tiddgħajjef b’mod serju wara li falliment fil-brejkijiet wassal biex jirtira mill-Grand Prix ta’ Spanja, u ħallieh 101 taħt il-leader Kimi Antonelli. It-Taljan żagħżugħ qed jiddomina l-istaġun b’ritmu li ħadd ma rnexxielu jlaħħaq miegħu, u Hamilton stess ammetta li Mercedes huma “mingħajr waqfien”.
Il-Ferrari, min-naħa tagħhom, jinsabu f’kollass evidenti: It-team naqas milli jikseb il-podju fl-aħħar erba’ tiġrijiet u ġabru biss 73 punt mill-Ungerija ’l hawn, filwaqt ir-Red Bull qabżuhom fir-rounds riċenti. Dan wassal biex Hamilton jibda jiffoka fuq l-2027.
Skont il-media Taljana, Hamilton talab bidliet fil-persunal fuq it-trakka biex jissaħħaħ l-operat tat-team, iżda r-relazzjoni tiegħu mal-kap tat-tim Fred Vasseur marret għall-agħar. It-tensjoni bejniethom splodiet fil-Grand Prix Taljan wara ġlieda aggressiva ma’ Charles Leclerc.
Diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat huma mistennija fil-jiem li ġejjin.




