Wednesday, September 16, 2026
Home Sport Titħabbar il-mewt tal-mara ta’ Ronald Koeman

Titħabbar il-mewt tal-mara ta’ Ronald Koeman

0
49

Ronald Koeman, eks coach tat-team nazzjonali tal-Olanda, tilef lil martu Bartina Koeman-Boddeveld, li kellha 65 sena. Bartina kienet ilha tbati mill-kanċer tas-sider għal diversi snin. Koeman ħabbar il-mewt tagħha permezz tal-midja soċjali, fejn esprima d-dwejjaq kbir tiegħu, iżda wkoll l-imħabba u l-kburija li kellu lejha bħala martu, omm u nanna.

Skont dak li kien spjega Koeman, Bartina kienet ilha tieħu kura mill-2010. Il-marda reġgħet dehret fl-2023 u mbagħad għal darb’oħra fl-2025. 

Matul it-Tazza tad-Dinja, Koeman kien tkellem dwar l-effetti tat-trattament fuq martu u kellu t-tama li l-Olanda tasal sal-finali, sabiex Bartina tkun tista’ tingħaqad miegħu fl-Istati Uniti.

Wara li l-Olanda ġiet eliminata mill-Marokk fir-round tal-Aħħar 16, Koeman qal li l-kundizzjoni ta’ martu kellha wkoll influwenza fuq id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja minn coach nazzjonali. Huwa enfasizza li s-saħħa u l-familja huma aktar importanti mill-football.

L-FA Olandiża u Barcelona wkoll esprimew il-kondoljanzi tagħhom lil Koeman u lill-familja tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here