Friday, April 26, 2024

Laqgħa Ġenerali Annwali 2022 għall-Viola Club Malta

Aqra wkoll

Il-Viola Club Malta se jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali nhar il-Ħadd, 2 ta’ Ottubru, fl-10.15 am fis-Sala ‘Perla Di Padua’, parti mill-Kazin tal-Banda Sant’Antnin b’Birkirkara. 

Il-membri u simpatizzanti kollha tal-ACF Fiorentina huma mistiedna jattendu li se jinkludi wkoll bibita fi tmiem il-laqgħa.

Waqt din il-laqgħa, se ssir ukoll Elezzjoni biex permezz tagħha jinħatar kumitat għas-sentejn li ġejjin (2022-2024).

Il-Viola Club Malta, imwaqqaf f’ Mejju 1968, huwa l-għaqda uffiċjali tal-partitarji lokali tal-Fiorentina, u huwa l-ewwel Viola Club imwaqqaf barra mill-Italja. Huwa għandu rabtiet tajba ħafna kemm mal-ACF Fiorentina, kif ukoll ma’ l-ACCVC (li huma l-Assoċjazzjoni li tieħu ħsieb il-‘Viola Clubs’ kollha li hawn fid-dinja). 

Il-Viola Club Malta riċentement, f’Mejju 2018, ġab f’pajjiżna lit-tim tal-‘Glorie Viola’, li huwa l-iskwadra uffiċjali ta’ ‘ex-players’ ta’ Fiorentina, u dan bħala parti miċ-ċelebraz­zjonijiet fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-club.

Meta l-iskwadra proprja tal-ACF Fiorentina żaret pajjiżna f’Jannar 2019, il-Viola Club Malta ngħata trattament speċjali u dan għal benefiċċji tal-membri tiegħu.

Il-Viola Club Malta jforni ukoll lill-membri tiegħu b’materjal relatat mall-klabb, jorganizza numru sabiħ ta’ attivita­jiet soċjali kull sena, jorganizza mawra għall-Firenze b’mod annwali sabiex il-membri tiegħu jkollhom l-opportunità li jsegwu lit-team favorit tagħhom, kif ukoll il-club iservi ta’ spalla lill-membri, sabiex  dawn ikollhom biljett garantit meta dawn jitħajru biex jaraw logħob ta’ Fiorentina.

Għal aktar dettalji wieħed jista jibgħat email lill-President, Darren Micallef, fuq [email protected], jew inkella lill-President Onorarju,Alex D’Amato fuq [email protected] jew inkella lis-Segretarju, Ivan Attard fuq [email protected]

Aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ViolaClub Malta 1968.

Sport