Wednesday, July 24, 2024

Lazio jistgħu jsalvaw il-karriera ta’ Mason Greenwood

Aqra wkoll

Mason Greenwood seta’ ġie offrut alternattiva biex isalva l-karriera tiegħu wara li ġie “rilaxxat” minn Manchester United. 

Is-suq tat-trasferimenti jintemm illum u għaldaqstant ir-Red Devils qed jaħdmu kontra l-ħin biex jeħilsu minn dan il-player ta’ 21 sena u jdaħħlu l-flus tiegħu. 

Jidher li Lazio huma interessati fis-servizzi tiegħu u qed jaħdmu biex illum stess jingħaqad magħahom. 

Alternattiva oħra hija l-club ta’ Besiktas iżda l-coach ta’ Lazio, Maurizio Sarri, ta l-approvazzjoni biex jiksbu l-firma tiegħu. 

Ekonomija

Sport