Friday, August 28, 2026
Home Sport League Cup III Round: Danny Welbeck jiskorja fid-debutt fir-rebħa ta’ Chelsea

League Cup III Round: Danny Welbeck jiskorja fid-debutt fir-rebħa ta’ Chelsea

0
39

Chelsea għelbu lil Luton Town 2-0 fit-tielet round tal-League Cup, f’partita li fiha Danny Welbeck skorja fid-debutt tiegħu.

Il-player ta’ 35 sena, li ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Brighton matul is-sajf, fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima b’daqqa ta’ ras mill-viċin. 

Fit-tieni taqsima, Hakeem Odoffin dawwar xutt ta’ Estevao Willian fix-xibka tiegħu stess u b’hekk Chelsea rduppjaw il-vantaġġ. 

Enzo Fernandez ma kienx inkluż fl-iskwadra, fost rapporti li jista’ jingħaqad ma’ Manchester City, iżda Alonso ċaħad li dan kien relatat ma’ trasferiment. 

Chelsea ddominaw il-logħba u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda l-goalkeeper ta’ Luton, Josh Keeley, għamel numru ta’ saves brillanti. Palmer u Gittens ukoll resqu qrib li jiskorjaw, iżda Chelsea baqgħu b’rebħa ta’ 2-0.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here