Monday, May 13, 2024

Leon Goretzka barra mill-azzjoni għal ġimagħtejn

Aqra wkoll

Bayern Munich se jkollhom lill-plejer tagħhom Leon Goretzka barra għal ġimagħtejn wara li kiser subgħajh ta’ idejh waqt il-logħba li t-tim mill-Bavarja lagħbu kontra Mainz u li rebħu 3-1.

Goretzka saħansitra skorja wieħed mill-gowls fid-59 minuta iżda mbagħad kellu jabbanduna l-grawnd minħabba li weġġa’ waqt din l-istess partita.

It-tobba għamlulu operazzjoni żgħira u lbieraħ filgħodu ħareġ mill-klinika bil-ġibs f’idu x-xellugija.

L-għan ta’ Goretzka hu li jirritorna fl-4 ta’ Novembru fil-logħba kontra Borussia Dortmund.

Sport