Thursday, April 25, 2024

Lewis Hamilton mhux se jitħalla jsuq fil-GP ta’ Monaco jekk ma jneħħix il-misluta ta’ mnieħru

Aqra wkoll

Is-sewwieq Britanniku tal-Formula Wieħed, Lewis Hamilton (Mercedes) mhux se jitħalla jsuq fil-Grand Prix ta’ Monaco tal-Ħadd li ġej jekk ma jneħħix il-misluta li għandu f’imnieħru.

Huwa kien diġá avzat biex ma jibqax jilbes il-ġojjellerija waqt li jkun qed isuq. Iżda huwa qatt ma ta widen. Għaldaqstant issa ngħata l-aħħar twissija li jista’ jiġi skwalifikat.

F’dan il-kampjonat Hamilton xejn mhu sejjer tajjeb meta jinsab fis-sitt post b’46 punt …. 64 punt inqas mil-leader Max Verstappen tar-Red Bull.

Sport