Friday, May 17, 2024

Libertà kundizzjonata għal mara li saqet b’mod perikoluż u weġġgħet anzjan

Aqra wkoll

Franċiża ta’ 29 sena ngħatat sentenza ta’ libertà kundizzjonata għall-perjodu ta’ sentejn wara li ammettiet li darbet gravi anzjan ta’ 73 sena min-Nadur f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.15p.m. fi Triq San Anard, ix-Xewkija Għawdex.

Aktar kmieni llum il-mara tressqet il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech. Hija ġiet akkużata li kkaġunat ġrieħi gravi u ħsarat b’mod involontarju, kif ukoll b’sewqan bla kont, negliġenti u perikoluż, fost l-oħrajn.

Il-Qorti ordnat ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal tliet xhur.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Sport