Sunday, December 22, 2024

“Lil min wettaq l-attakk fuqi ngħidlu li nħobbu u li dejjem nitlob għalih”

- Il-Messaġġ tal-Isqof li safa attakkat waqt funzjoni

Aqra wkoll


“Jiena ninsab tajjeb, bil-mod il-mod qed nirkupra u ta’ dan nirringrazzja lill-Mulej Ġesu. Il-Mulej dejjem għallimna sabiex ma niġġieldu qatt u għalhekk lil min wettaq l-attakk fuqi ngħidlu li nħobbu u li dejjem se nitlob għalih”. Dan kien il-messaġġ li wassal Mar Mari Emmanuel, l-Isqof li safa attakkat b’sikkina ftit jiem ilu waqt li kien qed jippriedka fi Knisja f’Sydney, l-Awstralja.

L-Isqof ħeġġeġ ukoll lin-nies sabiex qatt ma joħorġu jiġġieldu fit-toroq jew jirrispondu għall-vjolenza bil-vjolenza. F’filmat li xxandar fuq il-midja soċjali, huwa talab lill-pubbliku nġenerali sabiex jaġixxu bħal ma’ jaġixxi Ġesu Kristu u jobdu lill-awtoritajiet tal-istat.

Fl-istess messaġġ, huwa kompla jgħid; “għandna bżonn li tkunu ċittadini li tirrispettaw il-liġi wkoll. Għandna bżonn li tikkoperaw mad-direttivi tal-pulizija”. B’referenza għall-maħfra, Emmanual enfasizza li din hija l-akbar att ta’ fidi .

Fl-istess attakk li seħħ fis-17 ta’ April, il-Pulizija bdiet tinvestiga u immedjatament waslet biex tarresta ġuvni ta’ 19-il sena f’dar f’Doonside. Intant dan ġie rrifjutat il-libertà proviżorja u fil-jiem li ġejjien se jitressaq il-Qorti Lokali ta’ Blacktown.

Ekonomija

Sport