Saturday, November 23, 2024

Linji gwida b’rabta mal-ftuħ tal-iskejjel fit-28 ta’ Settembru fil-jiem li ġejjin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonniċi kkonferma li l-iskejjel se jiftħu mit-28 ta’ Settembru li ġej filwaqt li qed jiġu ffinalizzati l-linji gwida biex dawn jiftħu filwaqt li titħares is-saħħa u s-sigurtà.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni x-Xogħol, Owen Bonnici, ħabbar li l-protokolli għall-ftuħ tal-iskejjel issa jinsabu fil-fażi finali tagħhom. Huwa qal li dawn il-protokolli se jkunu diskussi mal-istakeholders kollha u sa nhar il-Ġimgħa li ġej se jkunu ppubblikati għall-pubbliku. Wara se jkun hemm komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali, mal-edukaturi u l-ġenituri li mistennija tieħu madwar erba’ ġimgħat.

Il-Ministru qal li l-edukazzjoni hija importanti għal uliedna u dawn ma jistgħux jibqgħu msakkrin id-dar minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Huwa qal li l-edukazzjoni għandha tkompli filwaqt li tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ uliedna.

Sport