Friday, July 1, 2022

Lionel Messi jirritorna għat-taħriġ ma’ Paris Saint-Germain

Aqra wkoll

Lionel Messi irritorna għat-taħriġ sħiħ ma’ sħabu ta’ Paris Saint-Germain wara li rkupra mill-COVID-19.

Is-seba’ darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb ittestja negattiv għall-virus ftit tal-ġimgħat ilu iżda xorta kien ristrett għal taħriġ individwali ta’ rkupru wara l-infezzjoni tiegħu.

Messi tilef il-konfronti tal-Ligue 1 tat-team tiegħu kontra Lyon u Brest minħabba l-COVID-19, iżda l-player ta’ 34 sena issa deher flimkien ma’ sħabu bil-ballun f’saqajh fit-taħriġ.

B’riżultat ta’ dan, Mauricio Pochettino se jittama li jkollu lil Messi disponibbli għall-konfront tal-Ligue 1 ta’ nhar il-Ħadd kontra Reims, bl-ex player ta’ Barcelona jimmira li jibni fuq għadd żgħir ta’ goal wieħed minn 11-il logħba tal-kampjonat fl-istaġun 2021-22.

Madankollu, Georginio Wijnaldum irtira mil-logħba tas-Sibt fil-mistrieħ minħabba injury għaksa, li għandha teskludi lill-Olandiż mil-logħob għal mill-inqas tliet ġimgħat.

Messi kien nominat fil-FIFA FIFPRO Men’s World 11 għall-15-il sena konsekuttiva aktar kmieni din il-ġimgħa iżda ġie t-tieni fil-votazzjoni għall-Aħjar Player tal-Irġiel tal-FIFA wara Robert Lewandowski.

Sport