Wednesday, April 24, 2024

Lionel Messi se jitlaq lil Paris St-Germain fi tmiem l-istaġun

Aqra wkoll

Lionel Messi mhux se jaċċetta offerta ta’ kuntratt ġdid ma’ Paris Saint-Germain u minflok se jitlaq b’xejn fis-sajf li ġej.

Messi, ta’ 35 sena, telaq lil Barcelona fl-2021 biex jingħaqad mal-club Pariġin b’kuntratt ta’ sentejn, bl-għażla li jiġġedded b’sena. 

Wara staġun xejn feliċi fil-kampjonat Franċiż, li fih irnexxielu biss jiskorja sitt goals, Messi fl-aħħar jidher li qed jissetilja f’dan l-ambjent.

F’dan l-istaġun s’issa huwa diġá skorja sitt goals u pprovda sitt assists għal Paris St Germain kif ukoll skorja erba’ goals fil-logħbiet internazzjonali mal-Arġentina.

Iżda minkejja li reġa’ sab il-forma solita tiegħu, Messi qed jaħseb biex jitlaq mill-Parc des Princes fi tmiem l-istaġun.

Nistennew u naraw!

Sport