Friday, May 3, 2024

Liverpool ifittxu li jattivaw il-klawsola ta’ release ta’ Jules Kounde ta’ Sevilla

Aqra wkoll

Liverpool qed ifittxu li jattivaw il-klawsola ta’ release fil-kuntratt tad-difensur ċentrali ta’ Sevilla, Jules Kounde dan ix-xahar.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien marbut ħafna ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-club ta’ La Liga, bi clubs bħal Chelsea, Manchester United u Real Madrid kollha meqjusa li huma interessati fl-internazzjonali Franċiż.

Madankollu, Liverpool huma ‘lesti li jħallsu’ il-klawsola ta’ release ta’ €90m ta’ Kounde biex jiffirmawh f’Jannar, bid-difensur ukoll ħerqan li jmur jilgħab f’Anfield f’nofs l-istaġun.

Sevilla huma ddisprati li jżommu lil Kounde sas-sajf, bid-direttur tal-football Monchi se jkollu taħdidiet mad-difensur biex jipprova jipperswadih jibqa’.

Jurgen Klopp hu maħsub li identifika lil Kounde bħala l-mira difensiva primarja tiegħu u informa lill-ġerarkija tal-club biex jakkwista lill-Franċiż dan ix-xahar hekk kif jibża’ li r-rivali tagħhom se jfittxu li jiffirmawh fis-sajf.

Kounde kien player li spikka għat-team ta’ Sevilla li bħalissa qegħdin it-tieni fil-La Liga, fejn għamel 17-il dehra fil-kampjonat u żamm disa’ clean sheets dan l-istaġun.

Sport