Liverpool huma ppreparati biex jirbħu t-tellieqa għad-difensur ta’ Torino, Bremer.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ikun bla kuntratt mal-club tas-Serie A fis-sajf tal-2023 u jisnab dubjuż jekk hux se jkompli l-kumplament tal-istaġun mal-Granata.
Manchester United u Manchester City ġew ukoll marbuta b’offerta għal Bremer, li mistenni jkollu valur ta’ £6.8m fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Liverpool jinsabu favoriti għall-firma ta’ Bremer, għalkemm Napoli huma wkoll kontendenti serji għall-firma tad-difensur ċentrali.
Napoli se jfittxu li joffru lil Andrea Petagna jew Adam Ounas bi skambju parzjali, iżda d-“destin probabbli” ta’ Bremer hu li jilgħab ma’ Liverpool taħt Jurgen Klopp.
L-ex player ta’ Atletico Mineiro skorja goal wieħed u pprovda assist wieħed minn 11-il logħba tas-Serie A f’dan l-istaġun, u b’kollox skorja 11-il goal fi 88 partita għal Torino fil-kompetizzjonijiet kollha.