Monday, May 13, 2024

Liverpool se jbiegħu lil Fabio Carvalho

Aqra wkoll

Liverpool qed jikkunsidraw li jbiegħu lill-plejer tagħhom Fabio Carvalho lil Hull City. Il-plejer ta’ 21 sena jinsab fuq bażi ta’ self mal-istess Hull fejn qed iħalli impressjoni tajba. Fil-fatt hu jinsab ferm għal qalbu jilgħab ma’ dan it-tim fiċ-Championship Ingliża u jaf li f’Anfield Road iċ-ċansijiet li jilgħab huma minimi.

Fabio Carvalho kien misluf ukoll ma’ RB Leipzig fl-istaġun li għadda. Ma’ Hull City hu lagħab għaxar logħbiet matul dan l-istaġun u skorja tliet gowls.

Sport