Wednesday, July 24, 2024

Mathys Tel iġedded ma’ Bayern Munich

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Mathys Tel ġedded il-kuntratt mal-klabb tiegħu Bayern Munich. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u hu meqjus bħala attakkant promettenti fil-ġejjieni.

Minkejja l-eta’ tenera tiegħu, Tel diġa’ lagħab 41 partita mat-tim mill-Bavarja fejn skorja disa’ gowls staġjonali. Hu kien inxtara fl-2022 mingħand Rennes u filwaqt li hu regolari fit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, qed iħabbat il-bieb mat-tim tal-kbar.

Ekonomija

Sport