Friday, July 26, 2024

Liverpool se jġeddu l-kuntratt ta’ Andy Robertson

Aqra wkoll

Liverpool se jippruvaw jagħmlu minn kollox sabiex iġeddu l-kuntratt tal-winger tagħhom Andy Robertson. Dan tal-aħħar għandu 30 sena u ilu mar-Reds sa mis-sena 2017. Il-kuntratt tal-captain Skoċċiż jiskadi dalwaqt u d-diriġenti minn Liverpool se jkunu qed jitkellmu mar-rappreżentant tiegħu.

Sadanittant, Bayern Munich qed isegwu b’attenzjoni l-profil ta’ dan il-plejer u jixtiequ jakkwistawh għall-istaġun li ġej.

Matul dan l-istaġun, Robertson lagħab 16-il logħba, skorja gowl u wettaq assist wieħed.

Ekonomija

Sport