Thursday, July 16, 2026
Home Sport Adrien Rabiot irid jibqa’ ma’ Juventus

Adrien Rabiot irid jibqa’ ma’ Juventus

0
221

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot insista li jixtieq ħafna li jibqa’ ma’ Juventus. L-eks midfielder ta’ Paris St Germain qed jiġi mfittex minn Tottenham Hotspur bil-kowċ Ante Postecoglou li jixtiequ ħafna f’nofs il-grawnd tal-istaġun li ġej.

Sadanittant, Rabiot laħaq il-200 logħba ma’ La Vecchia Signora kemm ilu li ngħaqad magħhom fl-2019. Matul dan l-istaġun deher 23 darba, skorja erba’ gowls u wettaq tliet assists lejn sħabu l-attakkanti.