Thursday, July 23, 2026
Home Sport Liverpool viċin il-firma ta’ Luis Diaz

Liverpool viċin il-firma ta’ Luis Diaz

0
906

Liverpool jinsabu ferm viċin li jiffirmaw il-winger internazzjonali Kolumbjan ta’ Porto, Luis Diaz. 

It-taħdidiet bejn iż-żewġ clubs jinsabu fi stadju avvanzat fit-tentattiv li t-trasferiment isir qabel l-aħħar tax-xahar, jiġifieri, sa nhar it-Tnejn li ġej. 

Ir-Reds qablu wkoll li jħallsu s-somma ta’ €70 miljun għall-firma ta’ dan il-player ta’ 22 sena li pprefera li jmur jilgħab f’Anfield minkejja interess qawwi minn Tottenham.