Wednesday, April 24, 2024

Logħba ġdida mill-UEFA u mill-CONMEBOL

Aqra wkoll

Il-UEFA u l-CONMEBOL niedu logħba ġdida bl-isem ta’ ‘Club Challenge’ bl-ewwel edizzjoni se tintlagħab f’Sevilla nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Lulju.

Iċ-champions tal-Europa League, Sevilla u r-rebbieħa tal-Copa Sudamericana, Independiente del Valle, se jiffaċċjaw lil xulxin fil-UEFA-CONMEBOL Club Challenge l-ġdida.

Il-korp governattiv Ewropew, il-UEFA u l-Konfede­razzjoni tal-Amerika t’Isfel, CONMEBOL, ingħaqdu biex joħolqu l-kompetizzjoni.

L-ewwel edizzjoni se tkun imsemmija f’ġieħ l-eks player ta’ Sevilla, Antonio Puerta, li miet fl-2007, ta’ 22 sena, wara li sofra arrest kardijaku.

“Il-Club Challenge hija partita ta’ darba li tintlagħab fuq 90 minuta,” qalet l-għaqda Sud Amerikana.

“M’hemm l-ebda ħin barrani, allura jekk tintemm fi draw fi tmiem il-ħin regolamentari, tmur dritt għall-penalties.

“Ir-rebbieħa se jirċievu plakka u midalji ddisinjati apposta għall-okkażjoni.”

Din il-mossa ssegwi pjanijiet tal-FIFA biex torganizza Tazza tad-Dinja tal-Clubs estiża li tinkludi 32 team minn Ġunju 2025.

Il-korp governattiv dinji tal-football jittama wkoll li jintroduċi verżjoni tan-nisa, bit-tnejn li huma jsiru kull erba’ snin.

Sport